Missier li ismu ma jistax jixxandar b’ordni tal-qorti nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li kiser il-kundizzjonijiet marbuta mal-ħelsien mill-arrest u ordni ta’ protezzjoni.
Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur John Spiteri spjegat kif wara l-arrest tiegħu, l-akkużat qal lill-Pulizija li mar qrib id-dar tal-ex mara tiegħu f’Wied il-Għajn biex jara jilmaħx lit-tliet itfal tiegħu li kien ilu ma jarahom ħames snin.
L-akkużat permezz tal-avukati tiegħu Franco Galea u Ilona Debono wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih iżda ma talabx għal ħelsien mill-arrest.