L-Imħallef Edwina Grima ma laqatx it-talba tal-Avukat Ġenerali li jipposponi s-smiegħ tal-każ ta’ Joseph Xuereb, li għandu jibda jinstema’ nhar it-Tnejn u li ilu jkun pospost għal dawn l-aħħar erba’ snin. Il-każ ta’ Xuereb, minn Birżebbuga jmur lura għall-elfejn u tnax meta l-akkużat allegatament seraq tlett ixjuħ u weġġa’ serjament lil waħda minnhom.
Il-Qorti laqgħet l-argument tad-difiza li l-Avukat Ġenerali kellu biżżejjed żmien biex jiġbor l-evidenza meħtieġa u li kieku laqgħet it-talba tal-uffiċju li l-każ ikun pospost indefinittivament kien jinkiser l-ispirtu tal-proċess ġudizjarju u jinħoloq preċedent perikoluż.
L-Imħallef qalet li din hi sitwazzjoni ta’ nuqqas t’ attenzjoni fl-istadji ta’ kumpilazzjoni tal-evidenza u ta’ dan in-nuqqas mgħandux ibagħti l-akkużat.