Il-Qorti ddeċidiet li m’hemm xejn xi jwaqqaf ħanut ieħor tal-ikel jiftaħ biswit ieħor tal-merċa fir-Rabat.
Fil-Qorti, operatur ta’ ħanut tal-merċa fir-Rabat talab mandat sabiex is-sidien tal-kera tiegħu ma jifħulux ħanut ieħor tal-ikel ħdejh.
F’rikors li ddaħħal mill-operatur tal-ħanut Gourmet Convenience Shop, intqal kif is-sena l-oħra huwa daħal fi ftehim ta’ kiri mal-koppja li huma s-sidien ta’ dan il-ħanut.
Dan sar bi ħlas ta’ kważi mitejn elf ewro (€200,000) sabiex ikollu d-drittijiet tiegħu fuq l-isem.
Intqal ukoll il-koppja se tiftaħ ħanut tal-ikel biswit dak li huwa mikri lilhom.
F’rikors intqal li dan qed jikser il-kundizzjonijiet tal-kuntratt miftiehem bejniethom.
Fil-Qorti, is-sidien il-kera, li għalihom deher l-Avukat Ishmael Psaila qal li l-ħanut se jkun jismu Veg Venue u se jbiegħ frott u ħaxix, li huwa differenti mill-ħanut l-ieħor.
Il-Qorti qalet li l-uniku punt fil-kuntratt hemm dak tal-isem tal-ħanut u b’hekk ma laqgħetx ir-rikors tal-Convenience.