Il-qorti ma laqgħetx it-talba ta’ mandat biex jitwaqqaf l-avviż legali li jirregola l-kontribuzzjoni ambjentali ta’ 50ċ kull lejl għat-turisti li jiġu pajjiżna.
Din il-kontribuzzjoni ambjentali hija maqbula mal-Malta Hotels & Restaurants Association, li jirrappreżentaw firxa kbira ta’ operaturi fil-qasam turistiku, iżda xi assoċjazzjonijiet oħra oġġezzjonaw għaliha.
Dan minkejja li l-flus li se jidħlu minnha se jintużaw esklussivament biex jittranġaw postijiet turistiċi.
Fid-deċiżjoni tiegħu l-Imħallef, Joseph Zammit McKeon, qal li min għamel il-kawża ma kellu ebda jedd jgħamilha.