Il-Qorti ma laqgħetx ir-rikors ta’ Jonathan Ferris li kien jaħdem mal-FIAU talli ma ġiex ikkunsidrat bħala whistleblower.
Il-Prim Awla Ċivili ppreseduta mill-Imħallef Grazio Mercieca semgħet kif Ferris kien intalab jgħaddi kopja ta’ dokumenti li kellu fil-pussess tiegħu biex juri li ħaqqu l-istatus ta’ whistleblower u fi Frar ta’ sentejn ilu kien sar magħruf li l-kriterji mitlubin ma kinux intlaħqu biex jingħata l-istatus ta’ whistleblower.
Il-Qorti saħqet li s-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cuatajr u Philip Massa, inkarigat mill-External Whistleblower unit ma kisrux il-liġi meta Ferris ma ġiex meqjus bħala whistleblower.
Għalhekk il-Qorti ordnat lil Ferris biex iħallas l-ispejjeż marbuta mal-kawża.