Il-Qorti tal-Maġistrati ċaħdet mingħajr dewmien talba li għamel l-eks Ministru Jason Azzopardi biex il-libell li fetaħ lill-Ministru tal-Ġustizzja, Owen Bonnici dwar il-każ ta’ Hal Qormi, jibda jinstema’ b’urġenza.
F’deċiżjoni li ngħatat iktar kmieni llum, il-Qorti qalet li hija impenjata b’ħafna kawżi oħra.
Iżda iktar minn hekk, sostniet li ma hemm ebda raġuni għaliex il-kawża ta’ Jason Azzopardi għandha taqbeż il-ħafna kawżi li diġa’ hemm.
Bil-kawża ta’ libell issa kienet appuntata għas-sbatax ta’ April li gej.
S’issa l-kawża ta’ libell serviet biex Jason Azzopardi jevita l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti bl-iskuża li dwar l-art tal-Lowenbrau mar il-qorti.
Minkejja l-libell, il-Ministru tal-Ġustizzja Bonnici baqa’ jżomm mal-pożizzjoni tiegħu li Azzopardi ltaqa’ ma’ Żaren Vassallo u wiegħdu kompromess dwar l-art tal-Lowenbrau.