Eks patri li kien ikkundannat erba’ snin ħabs wara li nstab ħati li kellu x’jaqsam ma’ tfajla ta’ erbatax-il sena, ried jippreżenta quddiem il-Qorti ittra li tgħid kif il-vittma rringrazzjatu ta’ dak li għamel magħha.
Iżda l-Qorti ċaħdet din it-talba hekk kif qalet li f’dan l-istadju t’appell minn sentenza ġa mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati, ma jkunux jistgħu jitressqu provi ġodda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Għal dan, l-eks patri fetaħ kawża quddiem il-Qorti Kostituzzjonali għax ilmenta li nkisrulu d-drittijiet tiegħu.
L-Imħallef Lawrence Mintoff qal li l-Qorti tal-Appell Kriminali ma setgħetx taċċetta dawn il-provi hekk kif inhi marbuta bil-liġi u għalhekk ikkonkluda li ma kien hemm l-ebda ksur fil-jeddijiet fundamentali tiegħu.