Il-Qorti ma sabitx lil omm ħatja li ma tatx aċċess lill-missier biex jara lil binthom ta’ 12-il sena.
Il-missier spjega li beda jċempel kemm lit-tifla kif ukoll lill-mara, iżda t-tnejn ma rrispondewhx.
Fix-xhieda tagħha, il-mara saħqet li ma kinitx irrispondiet lill-missier għax kien qalilha li se jagħmel użu miż-żewġ digriet f’daqqa, meta deċiżjoni tal-Qorti fil-każ tagħhom kienet ċara li, jekk jintuża aċċess wieħed, l-ieħor jaqa’.
Aktar minn hekk, il-missier ippretenda li jieħu l-aċċess normali u kif ukoll dak addizzjonali ta’ żmien il-Milied, iżda l-Qorti ma qablitx miegħu.
Il-Qorti elenkat li l-imputata kienet fis-sew meta rrifjutat li tagħti l-aċċess fil-ġurnata ċitata u dwar liema aċċess għandu jiġi eżerċitat.
Għaldaqstant, l-omm, li kienet rappreżentata mill-Avukat Francesca Zarb, ġiet illiberata peress li mxiet b’mod tajjeb maż-żewġ digrieti li kienet tatha l-Qorti mingħajr ma ġie revokat l-ebda wieħed minnhom.
Għall-missier deher l-Avukat Alex Scerri Herrera.