L-Imħallef Laurence Mintoff ma laqax it-talba ta’ Charles Polidano, li jitneħħilu l-mandat ta’ sekwestru ta’ €80,000 mitlub minn ħaddiem ta’ Go PLC li weġġa’ fuq sit ta’ kostruzzjoni tiegħu f’ tas-Sliema f’ Novembru tas-sena 2014.
Il-ħaddiem, Joseph Thomas Vella, ħareġ il-mandat kontra l-kumpanija Averton Properties u Polidano f’ismu stess.
Charles Polidano qal li ma kellux x’ jaqsam direttament mal-każ tal-ħaddiem u għaliex kienet se tagħmel tajjeb għad-danni l-kumpanija tal-assigurazzjoni. Filwaqt li sostna li għandu biżżejjed assi biex ikopri d-danni li sofra Vella, talab lill-qorti biex tneħħi l-mandat għaliex kellu bżonn iħallas il-pagi tal-impjegati.
Dikjarazzjonijiet li l-Imħallef ħass li kienu kunfliġġenti għaliex jekk kif qal hu għandu assi sostanzjali, l-mandat ma kellux ixekklu milli jħallas il-pagi. Għalhekk żammet il-mandat f’ postu.