Il-Qorti Ċivili fil-Prim Awla llum laqghet talba tal-GWU għal mandat kontra l-Management tal-Malta Freeport Terminals biex twaqqfu milli b’xi mod jinnegozja mal-UHM. Dan il-mandat ta’ inibizzjoni huwa marbut mal-kwistjoni eżistenti dwar għarfien trejdunjonistiku fil-Freeport.
B’rabta ma dan il-każ ukoll, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, is-Sur Josef Bugeja f’konferenza tal-aħbarijiet nhar l-Erbgħa li għadda stqarr li skont il-ftehim kollettiv u r-regolamenti li kien hemm qbil fuqhom mill-partijiet kollha, rikonoxximent trejdunjonistiku jingħata biss jekk union tikseb il-fiduċja ta’ 50% u wieħed tal-general workforce kollha tal-Freeport.
Il-każ se jkompli jinstema’ fl-istess Qorti Ċivili nhar it-Tnejn 16 ta’ Mejju 2016.
Sadanittant, lbieraħ ukoll il-GWU irreġistrat tilwima industrijali mal-Malta Freeport Terminals fuq ksur tal-ftehim kollettiv. B’din it-tilwima ġie mgħarraf ukoll id-Dipartiment tal-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali.