Il-Qorti Kostituzzjonali ma laqgħetx it-talba tal-Partit Nazzjonalista biex tiġi mħassra l-votazzjoni li saret fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Dan wara li ntqal li numru ta’ priġunieri li kienu interdettjati ivvutaw mingħajr jedd.
Għan-nom tal-Kummissjoni Elettorali deher l-Avukat, il-Professur Ian Refalo li qal kif il-Partit Nazzjonalista kellu ċ-ċans li jneħħi persuni mir-reġistru elettorali li ma kellhomx d-dritt li jivvutaw.
Dan għaliex kull meta jiġi aġġornat u ppubblikat ir-reġistru elettorali jkun hemm 14-il ġurnata biex isiru l-korrezzjonijiet meħtieġa.
Il-Partit Nazzjonalista kien assistit mill-Avukat Pawlu Borg Olivier.
Il-Prim Imħallef u l-Imħallfin Giannino Caruana Demajo u Anthony Ellul irrevokaw il-mandat ta’ inibizzjoni.