Il-Qorti Kostituzzjonali sbet li tabib li għandu d-distrofija muskolari u li kien jaħdem fl-isptar Mater Dei ma kienx diskriminat meta ntalab joħroġ minn kamra li fiha kien qed jara l-pazjenti.
Il-Qorti Kostituzzjonali bidlet deċiżjoni meħuda minn Qorti preċedenti li tat lil Naged Megally kumpens ta’ €5,000 wara li qalet li kien ġie trattat b’mod inuman u degradanti fejn kien intqal ukoll li sofra minn diskriminazzjoni minħabba d-diżabilità tiegħu.
Il-każ imur lura għal Lulju tal-2018, meta Megally kien qed jara erba’ pazjenti fl-Isptar Mater Dei fil-klinika tal-untrasound. Tabib ieħor kien qed jara għaxar nisa li kienu qed jistennew tarbija u li riedu jagħmlu scans ta’ anomaliji. Dawn it-testijiet isiru biex jaraw l-iżvilupp tat-tqala u għalekk iridu jsiru bejn it-18 u l-21 ġimgħa tat-tqala.
Ġara li waħda mill-magni tal-ultrasound ma kinitx qed taħdem u, għalhekk, it-tmexxija tal-isptar iddeċidiet li dawn it-testijiet kellhom isiru minħabba s-sensittività taż-żmien li fih kellhom isiru u għalhekk kellhom jingħataw prijorità.
Kien għalhekk li Megally ntalab biex joħroġ mill-kamra li kien fiha, fejn kien għad fadallu liet pazjenti x’jara, biex kit-tabib l-ieħor seta’ jaqdi lill-għaxar pazjenti. Megally ntalab biex jara lit-tliet pazjenti li kien fadal wara.
Megally, li jagħmel użu minn siġġu tar-roti, allega li l-uffiċjal ta’ fuqu kien qallu li kien qed idum wisq biex jara lill-pzjenti. Kien wara li huwa insista li jkompli jeżamina lill-pazjenti tiegħu, li nħareġ mill-klinika.