L-eks mexxej militari Serb Ratko Mladic tilef l-appell tiegħu hekk kif fl-2017 huwa kien ġie kkundannat sentenza t’għomor il-ħabs wara li nstab ħati ta’ ġenoċidju u krimini tal-gwerra fost oħrajn.
Imħallfin tal-Appell fil-Qorti Internazzjonali f’The Hague ikkonfermaw is-sentenza ta’ Mladic.
Il-bord tal-appell qal li Mladic ma rnexxilux jipprovdi evidenza biex jinvalida l-kundanni kontrih.
S’issa għadu mhux magħruf fejn se jkun qed jiskonta l-bqija tas-sentenza tiegħu.
Mladic, li llum għandu 78 sena, mexxa l-forzi Serbi matul il-Gwerra tal-Bosnja tal-1992 li baqgħet għaddeja sal-1995.
Huwa kien responsabbli bil-massakru ta’ Srebrenica.