Il-qorti reġġgħet ordnat sabiex in-negozjant Yorgen Fenech jibqa’ jinżamm arrestat.
Fenech huwa s-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, u ilu minn Novembru tal-2019 arrestat.
It-Tnejn huwa reġa’ ressaq talba sabiex jingħata l-ħelsien mill-arrest peress li l-kumpilazzjoni tax-xhieda tal-evidenza ma tistax titkompla minħabba l-Coronavirus.
L-avukati ta’ Fenech argumentaw li huwa għandu rekord kriminali nadif.
Huwa kien diġa’ ressaq talba simili l-ġimgħa li għaddiet, bil-qorti ċaħditlu t-talba.
F’digriet li tat l-Imħallef Edwina Grima argumentat li mill-ġimgħa li għaddiet ma kien hemm l-ebda bidla fiċ-ċirkostanzi li l-qorti tista’ tiddeċiedi mod ieħor.
Għaldaqstant hija caħditlu t-talba u ordnat sabiex jinżamm arrestat fil-faċilità korettiva ta’ Kordin.