L-ogħla Qorti amministattiva fi Franza ddeċidiet li tissospendi ċ-ċaħda lin-nisa biex jilbsu burkini fil-kosta ta’ Villeneuve-Loubet.
Intqal li din iċ-ċaħda kienet deċiżjoni li b’mod ċar u serju tikser id-drittijiet fundamentali, bħad-dritt li wieħed iħaddan it-twemmin tiegħu u d-dritt tal-libertà individwali.
Din id-deċiżjoni ħolqot preċedent għal deċiżjonijiet oħra li għad iridu jittieħdu fil-qrati dwar tletin villaġġ ieħor li mhux qed iħalli lin-nisa jilbsu l-burkini.
Il-Qorti mistennija tieħu deċiżjoni aħħarija dwar il-legalità ta’ dawn iċ-ċaħdiet aktar tard. Dawk li kellhom iħallsu multa għax libsu l-burkini, aktarx se jingħataw flushom lura.
Iżda s-sindku ta’ Korsika insista li se jibqa jiċħad lin-nisa Musulmani milli jilbsu burkini.
Kienu organizazzjonijiet favur id-drittijiet umani li bdew jiġbdu l-attenzjoni tal-qrati Franċiżi.