Il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem ċaħdet kawża mressqa minn Yorgen Fenech kontra Malta fejn iddeċidiet li ma kien hemm l-ebda ksur rigward id-drittijiet fundamentali tiegħu talli baqa’ jinżamm fil-ħabs.
Yorgen Fench li bħalissa qed jistenna biex jgħaddi ġuri marbut mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia fl-2017, kien sostna li matul id-detenzjoni tiegħu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ma ġewx imposti l-miżuri għat-trażżin tal-Covid 19, partikolarment fid-dawl tal-fatt li għandu kilwa waħda biss.
Fid-deċiżjoni tagħha, mogħtija fi Strasburgu nhar it-Tlieta, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem osservat li Fenech kien tpoġġa f’kamra waħdu mad-dħul fil-ħabs fuq ordni tad-Direttur tal-ħabs.
Dan il-perjodu ta’ iżolament kienet ittieħed fuq parir mediku għal raġunijiet ta’ sigurtà u ta’ protezzjoni.
Il-Qorti kkonkludiet li l-miżuri kollha ġew meħuda għal ġid tal-imputat.
Għall-Ħabs deher l-Avukat Mario Mifsud.