L-Ogħla Qorti tal-Unjoni Ewropea se tkun qed tiddeċiedi fuq il-każ tal- mexxej li ħadem favur l-Indipendenza tal-Katalunja, Oriol Junqueras, li spiċċa l-ħabs u li ma setax jieħu s-siġġu Parlamentari Ewropew tiegħu wara li ġie elett fl-elezzjoni ta’ Mejju li għadda.
Dan minħabba li kien qed jistenna li jgħaddi ġuri dwar l-irwol tiegħu fir-referendum illegali għall-indipendenza tal-Katalonja minn Spanja li sar fl-2017.
Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Lussemburgu se tkun qed tiddeċiedi jekk l-immunità parlamentari ta’ Junqueras tintitolaħx biex iservi bħala Membru Parlamentari Ewropew.