Is-Sibt wara nofsinhar tressaq il- Qorti l-infermier ta’ 36 sena mill-Indja akkużat li ħebb għal kollega tiegħu, infermiera ta’ 41 sena wkoll mill-Indja, fl-Isptar Mater Dei. L-Imputat wieġeb mhux ħati għall-akkuża miġjuba kontrih.
Il-Qorti ċaħdet it-talba tal-ħelsien mill-arrest għall-infermier minħabba n-natura gravi tal-inċident u minħabba li l-kawża għadha fi stadju bikri u għalhekk hemm il-biza’ ta’ intralċ tal-provi ħabba li x-xhieda għadhom iridu jixhdu.
Il-prosekuzzjoni stqarret li minħabba li l-inċident sar fuq il-post tax-xogħol u bħala infermier suppost iħares id-duty of care, l-imputat m’għandux jingħata l-ħelsien mill-arrest filwaqt li l-Avukat tad-difiża stqarr li l-ħelsien mill-arrest għandu jingħata bil-kundizzjonijiet li jidrilha xierqa l-Qorti minħabba li l-imputat ilu jgħix Malta mit-2018 u qatt ma xellef idejh mal-ġustizzja. L-imputat ġie sospiż mix-xogħol tiegħu bħala infermier u ikkopera mal-pulizija mal-ewwel.