Il-Qorti Suprema Brażiljana fetħet inkjesta biex tinvestiga kummenti li għamel il-President Brażiljan, Jair Bolsonaro fejn allega li l-vaċċin kontra l-Covid-19 iżid il-probabilità li wieħed jispiċċa jgħix bl-Aids.
Allegazzjoni li kienet rifjutata b’qawwa kbira minn xjentisti u esperti mediċi.
Il-kummenti li saru waqt xandira diretta ġew projbiti mill-pjattaformi Facebook u YouTube skont ir-regolamenti ta’ aħbarijiet foloz u skorretti.
Bolsonaro kemm -il darba tefa’ dubju fuq il-vaċċin kontra l-Covid-19 u saħansitra qed jaffaċċja inkjesta separata għall-mod ta’ kif immaniġġja l-pandemija.
Il-President, li rrifjuta li jkun imlaqqam, iddefenda dawn il-kummenti u qal li kien qed jikkwota artiklu minn fuq magażin.