Yanis Meherzi, żgħażugħ Franċiż, ħareġ mill-Qorti lliberat wara li r-raġel Malti li weġġa’ b’mod gravi b’daqqa ta’ flixkun mkisser, ħafirlu.
Il-każ imur lura għat-2 t’Awwissu li għadda għal ħabta tat-tlieta u nofs ta’ filgħodu f’ San Ġiljan fejn Meherzi waqt li kien f’stat ta’ sokor ta daqqa ta’ flixkun mkisser lil Anthony Zammit.
Quddiem il-Qorti, Zammit wera x-xewqa li l-proċeduri legali jieqfu għax stqarr li jifhem li dak li ġara kien sforz is-sokor u mhux b’intenzjonijiet ħżiena.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud, filwaqt li laqgħet it-talba tal-vittma, sostniet li s-sokor qatt m’għandu jservi ta’ skuża għall-għemil ħażin.