Id-deċiżjoni tal-Qorti li għandha tibda inkjesta maġisterjali dwar dak li ntqal minn avukat Malti f’dokumentarju Franċiż b’rabta mal-programm ta’ ċittadinanza b’investiment iġġib fix-xejn il-kampanji li qed isiru mill-Partit Nazzjonalista u esponenti tiegħu biex jattakkaw l-istituzzjonijiet u l-pajjiż.
Din hi deċiżjoni dwar l-operat ta’ ditta privata ta’ avukati, li ssegwi investigazzjoni oħra li talab il-Gvern stess mar-Regolatur tal-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment.
Peró din id-deċiżjoni hi wkoll konferma oħra minn sensiela li jixhdu kif l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna jaħdmu f’indipendenza. F’dan il-każ intlaqgħet talba ta’ grupp li jaħdem bl-appoġġ ta’ esponenti tal-Oppożizzjoni li l-ħin kollu jattakkaw l-istituzzjonijiet.