Il-Qorti Amerikana waqqfet temporanjament l-ordni ffirmata minn Donald Trump, biex ċittadini minn seba’ pajjiżi Musulmani jitwaqqfu milli jidħlu fl-Istati Uniti.
Deċiżjoni li ttieħdet fid-dawl tal-protesti li segwew fi ftit sigħat biss minn meta daħlet fis-seħħ, b’mijiet ta’ persuni jinġabru f’ajruporti fl-Istati Uniti u jsemmgħu leħinhom.
Kienu madwar mitejn il-persuni li kienu miżmuma fl-ajruporti minħabba din l-ordni, b’oħrajn li kienu diġà fuq titjira wkoll twaqqfu mal-wasla tagħhom fl-Amerka.
L-ordni ta’ Trump kienet tfisser li persuni ġejjin mis-Sirja, mill-Iraq,mill-Iran, mil-Libja, mis-Somalja, mis-Sudan u mill-Jemen, ma jitħallewx jidħlu fl-Istati Uniti.