Il-Qorti tal-Appell fl-Amerika ġabet fix-xejn l-ordni eżekuttiva ta’ Trump, hekk kif ċaħdet l-attentat tal-President Amerikan biex jerġa’ jdaħħal l-istess ordni; li tipprojbixxi d-dħul ta’ ċittadini minn seba’ pajjiżi Musulmani.
B’reazzjoni għal dan, fuq Twitter Donald Trump qal li s-sigurtà nazzjonali qiegħda f’riskju, u li se jkun hemm sfida legali.
B’hekk ċittadini tal-Iran, l-Iraq, il-Libja, is-Somalja, is-Sudan, is-Sirja u l-Yemen, jekk kienu ngħataw il-viża u għandhom il-permessi meħtieġa, jistgħu jidħlu fl-Istati Uniti.