Imħallef fil-Qorti ta’ New York ordna li l-President elett Amerikan Donald Trump jingħata sentenza nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Jannar, proprju ftit jiem qabel jieħu l-ġurament bħala s-suċċessur ta’ Joe Biden fil-White House.
L-Imħallef Juan Merchan indika li, fis-sentenza tiegħu, mhux se jkun hemm priġunerija għal Trump. Lanqas probation jew multa, iżda minflok se jkun qed jagħtih ħelsien bla kundizzjoni. Fl-ordni tiegħu wkoll spjega li l-President elett jista’ jidher fil-Qorti, personalment jew b’mod virtwali fis-seduta.
Trump kien ipprova juża r-rebħa tiegħu fl-elezzjoni Presidenzjali biex il-każ kontrih jitwaqqa’.
F’Mejju li għadda, Trump kien instab ħati li ħallas lill-istilla tal-porn Stormy Daniels biex iżżomm ħalqha magħluq, waqt il-kampanja elettorali tiegħu lura fl-2016, dwar ħlasijiet li kienu sarulha.