Raġel li kien qed jospita żewġ studenti barranin f’daru ġie akkużat li abbuża sesswalment lill-waħda mit-tfajliet ta’ 14 -il sena.
Il-każ ġara lbieraħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ filgħodu, xħin ir-raġel li suppost kien responsabli ta’ dawn it-tfal, allegatament tela’ fil-kamra tagħhom u mess lit-tfajla ta’ 14 -il sena.
Fix-xhieda tagħha t-tifla qalet kif f’daqqa minnhom stenbħet u ħasset lir-raġel ineżżalha l-piġama u jmissilha sidirha.
Xhedet li dakhinar rat lir-raġel liebes flokk aħmar u li xħin xegħel id-dawl tal-kamra għajtet lit-tfajla l-oħra biex tmur torqod fejnha.
Għal dan, fi kwiet taqtgħu b’sikkina, ir-raġel xengel rasu u beda jibki.
Fil-Qorti ħareġ kif ġew ippreżentati wkoll l-ilbies li t-tfajla li kienet liebsa dakhinar sabiex jiġu eżaminati mill-prosekuzzjoni u d-difiża.
Il-Qorti talbet lill-vittma sabiex fuq karta tpinġi l-istruttura tal-kamra sabiex titqabbel mal-investigazzjonijiet li saru mill-esperti tal-Qorti.
Iżda għal dan id-difiża tennet kif x-xhieda tat-tifla kienet fiżikament impossbili.
Għall-fatt li t-tifla ser titlaq lejn pajjiżha fil-jiem li ġejja, id-difiża talbet sabiex ir-raġel jingħata l-ħelsien mill-arrest.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, laqgħet it-talba u tat il-ħelsien mill-arrest għal depożitu t’ 300 ewro u sabiex jiffirma tlett darbiet fil-ġimgħa fl-għassa.
L-Avukati David Farrugia Sacco u Jean Carl Abela mexxew id-difiza.
Il-każ ġie aġġornat għat-12ta’ settembru.