Skont l-uffiċju metereoloġiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, illum mistennija ħalbiet tax-xita bir-ragħad – infatti nieżla x-xita f’ħafna partijiet minn Malta bħalissa.
Madanakollu, jidher li dalgħodu frankajna maltempata ikbar.
Skont il-paġna ‘Aġġornament tat-Temp’ li tispjeċjalizza fl-analiżi tat-temp pemrezz tat-teknoloġija “La Crosse”, maltempata iffurmat bejn Malta u Sqallija kienet riesqa lejn Malta, u kellha tolqotna dalgħodu.
Fuq Facebook, il-paġna irrapportat:
Ritratt juri waħdu kif qiegħed jgħaddi l-maltemp ferm viċin…. U ferm il-bogħod fl istess ħin. Xita kontinwa fuq il baħar u bħalissa ġie rih llbic. Jekk irid jagħmel hemm minn fejn! U bla tlaqliq ta’ xejn, il previżjoni kienet li malli jiġi lbiċ ikolna x xita! Nisperaw fil ħin li ġej.
Siegħa ilu, l-istess sit irapporta ħafna sajjetti qribna:
Ammont inkredibbli ta’ sajjetti. Sħab Cumulus u riħ ilbic. Kollox ideali biex tinħoloq maltempata. Dan kollu qiegħed jintensifika bħalissa 12.55pm.
Aktar tard, infetħu bibien is-sema.
Wara tant qiegħ il-qalb… Jinfetħu bibien is-sema speċjalment Għawdex! Il-qofol ma messniex… Pero’ l-ftit li messna jurina kemm fih xita! Ħudu ħsieb li ma tgħaddux minn żoni li jżomm l-ilma!
Ritratti: Aġġornament tat-Temp