F’pajjiżna, għall-ewwel darba wara għexieren ta’ snin, il-qgħad niżel taħt l-4,000. Skont statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika l-qgħad niżel għal 3,750.
Dawn huma riżultat ta’ diversi miżuri li ħa l-Gvern fosthom, iċ-child care b’xejn, l-inċentivi biex persuni b’diżabbiltà jidħlu fid-dinja tax-xogħol u l-miżuri li jinċentivaw ix-xogħol bħal in-work benefit u t-tapering tal-benefiċċji fost l-oħrajn. one.com.mt ħa l-kummenti taċ-ċerman tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.
https://www.youtube.com/watch?v=MIhVEHyLRRQ&feature=youtu.be
Il-ħidma tal-Gvern ta’ Joseph Muscat qed tħalli r-riżultati – Partit Laburista
B’reazzjoni għal din l-istatistika, il-Partit Laburista qal li dan in-numru qed ikun possibbli biss grazzi għall-inċentivi, il-mizuri u l-iniżjattivi li daħħal Gvern Laburista.
“Wieħed ma jridx jinsa li dan il-Gvern telaq minn sitwazzjoni fejn kien hawn kważi 8,000 ruħ mingħajr impjieg u fi tliet snin biss, naqqas in-numru bin-nofs. Ironikament min ħalla sitwazzjoni ta’ qgħad ta’ aktar minn 8,000 ruħ qalilna li Labour won’t work, illum huwa ċar li l-unika istituzzjoni li mhux taħdem hija l-Oppożizzjoni ta’ Simon Busuttil, sforz in-negattività tagħha.”
Il-Partit Laburista qal li huwa ċar li miżuri bħall-introduzzjoni taċ-childcare b’xejn, l-in-work benefits, it-tapering tal-benefiċċji, it-traħħis tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-għajnuna li qed jingħataw in-negozji, taw nifs ġdid lill-qasam tax-xogħol, tant li apparti li l-qgħad nieżel għal 3,750 ruħ, pajjiżna llum, għandu l-ikbar rata ta’ ħolqien ta’ impjiegi.
“Għalkemm din hija aħbar pożittiva mmens u li tagħti l-kuraġġ, dan il-Gvern xorta ser jibqa’ ffukat biex ikompli jikseb aktar biex fl-aħħar mill-aħħar igawdi l-poplu Malti u Għawdxi kollu,” temm jgħid il-Partit Laburista.