Il-qgħad f’Diċembru li għadda naqas b’121 persuna meta mqabbel ma’ Diċembru tal-2021.
Dan ħareġ minn ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, li juru li f’Diċembru li għadda n-numru ta’ dawk qiegħda kien 1,046. F’Diċembru tal-2021 l-għadd kien 1,167.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn dawn iċ-ċifri ħareġ ukoll li l-persuni b’diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol komplew jonqsu – fil-fatt, dawn naqsu b’27 meta mqabbel ma’ sena qabel.