Storja dwar skema tal-gvern, li għenet persuni vulnerabbli jidħlu fid-dinja tax-xogħol, inkitbet minn Ivan Camilleri, tat-Times of Malta, biex tingħata l-impressjoni li l-qgħad naqas minħabba fiha.
Iżda, tweġiba dettaljata tal-gvern turi kif dan mhux il-każ u iktar minn hekk jirriżulta li din l-iskema kienet diġà bdiet taħt amministrazzjoni preċedenti. Dwar l-iskema, li rreferiet għaliha t-Times, il-gvern qal ukoll li din għenet mijiet ta’ ħaddiema li wara li ħadu sehem fiha spiċċaw jaħdmu mas-settur privat.
L-editur tat-Times għażel l-artiklu “Jobless rate is slashed as 600 go on public payroll” għall-ewwel paġna u ntqal li r-raġuni għaliex hemm inqas nies jirreġistraw hija dik li dawn qed jaħdmu mal-gvern.
Iżda jirriżulta li r-raġuni għaliex pajjiżna għandu l-inqas rata ta’ qgħad fl-Ewropea tmur lil hinn minn hekk. Tant li l-istatistika tal-NSO uriet kif minn 6,500 impjieg li nħolqu bejn Awwissu tas-sena l-oħra u Awwissu ta’ din is-sena kienu biss 290 li marru fis-settur pubbliku. B’hekk huwa s-settur privat li qed iservi mutur ta’ ħolqien ta’ impjiegi f’ekonomija li qed tikber. Tant li l-persentaġġ ta’ dawk li jaħdmu mal-gvern niżel minn 26.7% ta’ dawk kollha li jaħdmu fl-2013 għal 25.1% illum.
Fi stqarrija l-Ministeru tal-Edukazzjoni fisser ukoll kif il-qgħad naqas għax inħolqu iktar impjiegi filwaqt li min kien qed jabbuża kien indirizzat.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/09/pr161880.pdf”]