Il-qgħad f’pajjiżna f’Marzu reġa’ naqas kemm fuq xahar qabel u anki fuq l-istess xahar tas-sena l-oħra.
Statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO, uriet li f’Marzu li għadda kien hawn elf u tmien persuni jirreġistraw ma’ JobsPlus.
Dan ifisser kważi elf u erba’ mitt persuna inqas qiegħda minn sena qabel.
In-numru ta’ nies ma jaħdmux fi Frar, jiġifieri xahar qabel dak imsemmi, kien ta’ elf mija u ħamsa u għoxrin persuna.
Dan ifisser li f’xahar, in-numru ta’ persuni qiegħda naqas bi kważi mija u għoxrin persuna.
L-NSO nnota kif dawk jirreġistraw għax-xogħol għal inqas minn wieħed u għoxrin ġimgħa naqas drastikament meta Marzu li għadda jitqabbel ma’ Marzu ta’ sena qabel.
Fil-fatt filwaqt li sena ilu kien hawn elf disgħa u sebgħin persuna jirreġistraw għax-xogħol għal inqas minn wieħed u għoxrin ġimgħa, matul ix-xahar li għadda n-numru niżel b’aktar min-nofs u laħħaq l-ħames mija u sitta u tletin persuna.
Dawk li ilhom jirreġistraw għal bejn wieħed u għoxrin ġimgħa u sena, din is-sena niżel bi kważi erba’ darbiet hekk kif in-numru laħħaq il-mija u tlieta u disgħin kontra s-sitt mija u tmenin tas-sena l-oħra.
Dawk li kienu ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena, ir-rata naqset b’aktar min-nofs, minn sitt mija tmienja u għoxrin għal mitejn disgħa u sebgħin.
Pajjiżna għandu wkoll l-inqas rata ta’ qgħad fost id-dsatax-il pajjiż fiż-Żona Ewro.