Ir-rata tal-qgħad f’Malta f’Marzu li għadda għadha fost l-inqas fl-Ewropa.
Skont l-aħħar statistika ppubblikata mill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, Malta kellha qgħad ta’ 3%, tnaqqis ta’ kważi punt perċentwali fuq ir-rata tal-istess xahar tas-sena l-oħra.
Ir-rata tal-qgħad f’pajjiżna f’Marzu li għadda kienet inqas min-nofs tal-medja tal-Unjoni Ewropea, li kienet 6.2% u minn dik taż-Żona tal-Ewro, li kienet 6.8%.