Ir-rata ta’ qgħad f’Lulju li għadda naqset fuq ix-xahar ta’ qabel, hekk kif kien hemm elf, mija wieħed u għoxrin persuna, skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
F’Ġunju kien hemm elf, mija u disgħa u sittin persuna jew tmienja u erbgħin iżjed.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Miċ-ċifri ta’ Lulju ħareġ li, mit-total kollu, l-irġiel kienu jgħoddu għal ftit aktar minn disgħa u sittin fil-mija, filwaqt li kien hemm mitejn u tletin persuna b’diżabilità li qed ifittxu x-xogħol.