F’Jannar li għadda n-numru ta’ persuni qiegħda reġa’ naqas fuq ix-xahar ta’ qabel u issa jgħodd għall-2,675.
Dan skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
Jirriżulta li fuq ix-xahar ta’ qabel, in-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol naqas b’mitt persuna.
Skont l-istatistika tal-NSO naqsu n-nies jirreġistraw għax-xogħol għall-inqas minn wieħed u għoxrin ġimgħa u anki dawk li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol bejn wieħed u għoxrin ġimgħa u sena.
Il-qgħad fost iż-żgħażagħ naqas ukoll.
Il-qgħad ilu jonqos mix-xahar ta’ Ġunju wara li kienet laqtitna l-imxija u issa jinsab kważi fl-istess livell ta’ qabel faqqgħet il-pandemija.
Dan ifisser li għat-tmien xahar konsekuttiv naqas il-qgħad.
Filwaqt li f’Mejju l-ammont ta’ nies jirreġistraw kien ta’ 4,409, sal-aħħar l-ewwel xahar ta’ din is-sena n-numru ta’ dawk ifittxu xogħol naqas b’elf seba’ mija erbgħa u tletin.
Intant fuq twitter, il-Prim Ministru Robert Abela nnota kif minn Mejju li għadda, il-qgħad niżel b’żewġ terzi u f’Għawdex dan naqas bi tmenin fil-mija.
Qal li f’pandemija, grazzi għal tim Malta l-qgħad huwa terz ta’ dak li kien f’Marzu tal-2013.
January: the eighth month with lower #unemployment. In #Malta unemployment is down by two thirds from the peak in May, while in #Gozo it is down by four fifths. In the midst of a pandemic, thanks to Team Malta 🇲🇹, unemployment stands at a third of the level in March 2013. – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) February 24, 2021