F’Jannar li għadda, il-qgħad naqas b’45 persuna meta mqabbel ma’ Jannar tas-sena l-oħra.
Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, juru li n-nies qiegħda x-xahar li għadda kienu jgħoddu għal 1,072 persuna.
L-irġiel jirreġistraw mal-Jobs Plus kienu jgħoddu għal kważi sebgħin fil-mija ta’ dan in-numru, waqt li n-nisa jirreġistraw għax-xogħol ammontaw għal ftit iżjed minn tletin fil-mija.
Fl-istess xahar, in-numru ta’ persuni b’diżabilità jirreġistraw għax-xogħol naqsu bi sbatax meta mqabbel ma’ Jannar tas-sena l-oħra. F’Jannar li għadda, il-persuni b’diżabilità jirreġistraw kienu jgħoddu għal 236.