Tiftakruh lil Pawlu l-qarnita li qata’ diversi logħbiet matul it-Tazza tad-Dinja ta’ tmien snin ilu.
Kull edizzjoni riċenti tat-Tazza tad-Dinja saret marbuta ma’ xi annimal li skont uħud ikollu kapaċità li jbassar min se jirbaħ il-logħob milgħub fil-grawnd.
Achilles, qattus trux fir-Russja ġie preżentat bħalikieku l-annimal uffiċjal li din is-sena se jkun qed jipprova jaqta’ l-logħob.
Dan il-qattus, residenti ġo mużew f’San Pietruburgu qed jiġi mħarreġ biex ibassar il-logħob billi jagħżel l-ikel fuq żewġ plattini differenti.
Huwa rnexxielu jbassar b’mod tajjeb l-ewwel logħba meta għalkemm xamm ftit l-ikel provdut fuq il-plattin abbinat mal-bandiera Għarabja Sawdija, dlonk mar iduq l-ikel fuq in-naħa tal-bandiera Russa.
Insomma, meta tqis li l-ebda pajjiż ospitanti qatt ma tilef l-ewwel logħba tat-Tazza tad-Dinja, dan l-imbierek qattus m’għamilx xi bravura kbira.
Irridu nistennew u naraw x’se jagħmel dan il-qattus meta niġu għal-logħob ferm missielet.