Terapija permezz tal annimali, kunċett adottat fir-residenza tal-anzjani San Vincenz de Paul u li kien inawgurat dalgħodu. Faċilità ġdida fejn fiha l-anzjani jistgħu iqattghu ħin ma’ qtates u jżommulhom kumpanija. Dan sar b’investiment t’€40,000 mis-Segretarjat għall-Anzjanità Attiva. Din kienet ħolma li ilha tberren f’moħħl-Animal Guardians Malta għal ħames snin, iżda kien biss issa li s-Segretarjat ikkunsidra din il-proposta u addotota. B’kollox se jkun hemm mal-120 qattus ikkurat minn professjonisti li jaħdmu f’dan il-qasam.
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana fissret dan il-proġett bħala wieħed ambizzjuż u li se jkun qed jagħmel differenza f’ħajjet l-anzjani u li kien jinvolvi investiment kbir.
Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li permezz ta’ dan il-proġett iddaħlu parametri ġodda biex l-annimal jibqa salvagwardjat u minn sfida inħolqot opportunita li tqajjem aktar kuxjenza fid-drittijeit tal-annimali.
Fl-istess waqt dawn il-qtates isservu ta’ soljev u kumpanija lill-anzjani li jgħixu f’San Vincenz de Paul.