Nutmeg kien meqjus bħala “l-aktar qattus bi dwejjaq fid-dinja”, dan minħabba li wiċċu kien jesprimi dwejjaq kbar b’par għajnejn espressivi. Hu kellu ħajtu mhux daqstant sabiħa fejn ġie abbandunat aktar minn darba.
Iżda ta’ ħames snin, Nutmeg sa fl-aħħar sab familja li verament tħobbu u kien propju dakinhar li kiseb lura t-tbissima li hu tilef tul is-snin.
“Għal xi żmien ħsibna li Nutmeg se jibqa’ bi dwejjaq kbar, speċjalment minħabba li għadda minn ħafna. Iżda ġġieled fuq li ġġieled biex jerġa’ jikseb saħtu lura iżda wiċċu xorta baqa’ jixhed id-dwejjaq li kien ħass,” sostniet waħda mill-volontiera li salvat lil Nutmeg.
Iżda jum wara ieħor Nutmeg beda jmur għall-aħjar sakemm ġurnata minnhom kien hemm koppja li kif ratlu l-espressjoni ta’ wiċċu ma setgħetx ma tieħux grazzja miegħu u kien għalekk li ddeċidew li jaddottawh.
Għalkemm għajnejh jesprimu dwejjaq li xi darba kellu, żgur mhux forsi li Nutmeg illum il-ġurnata jinsab ferħan u grat li sa fl-aħħar sab lil xi ħadd li jħobbu.