Nicholas Grech, ir-raġel li hu maħsub li kien il-moħħ wara l-qtil ta’ għadd ta’ qtates fil-Mosta lura fl-2014, liema akkużi kien inħeles minnhom kawża tal-istat tas-saħħa mentali tiegħu, qed jitlob lill-Qorti biex joħroġ mill-Isptar Monte Karmeli.
Dan hekk kif hi jinsab fis-seba’ sena tiegħu miżmum f’dan l-isptar.
Grech, li għandu 44 sena, kien intbagħat l-Isptar Monte Karmeli wara li ġie deċiż mill-Qorti li għandu jinżamm fl-isptar kemm hemm bżonn, segwit minn psikjatra maħtur mill-Qorti, minflok jitressqu proċeduri kriminali kontrih.
Hu kien tressaq il-Qorti wara sejba ta’ għadd ta’ klieb u qtates imsallbin, liema annimali msallbin kien idendilhom ma’ bosta żoni misjuba fil-Mosta fuq medda ta’ erba’ snin.
Grech qal li hu vittma ta’ ġudizzju ħażin kawża tas-saħħa mentali tiegħu, u kien iddikjarat miġnun u b’hekk ma nżammx responsabbli b’mod kriminali.
L-Avukat ta’ Grech, Rachel Tua, spjegat kif il-klijent tagħha mhux ta’ periklu għas-soċjetà u kien aġixxa b’dak il-mod wara li waqqaf il-mediċina.
Spjegat kif hu kien qed jinżamm fl-Isptar Monte Karmeli mingħajr ebda mod biex jikkomunika, fejn saħqet kif dan l-arrest hu illegali fejn Grech jidher li rkupra mill-istat li kien fih.
Kien għalekk li Tua talbet lill-Qrati biex terġa’ tevalwa l-kundizzjoni ta’ Grech biex jiġi determinat jekk hemmx bażi fuq xiex jibqa’ jinżamm fl-isptar.