L-aggressur Khalid Masood li kien wara l-attakki din il-ġimgħa f’Londra ppjana kollox waħdu u ma jidhirx li hemm terzi persuni assoċjati mal-attakk.
Dan sostnietu l-pulizija Metropolitina fl-Ingilterra.
Kelliem għall-pulizija saħaq li rridu naslu f’punt fejn naċċettaw l-possibilità li jaf qatt ma niskopru x’wassal biex Massood wettaq l-attakk.
Erba’ persuni nqatlu u ħamsin persuna oħra ndarbu fl-attakki ta’ Westminister.
Dan hekk kif Massood tajjar nies bil-karozza qabel ma attakka pulizija permezz ta’ sikkina.