L-eks mara tar-raġel li qatel 50 persuna f’diskoteka f’Orlando qalet li kellu problemi ta’ natura mentali, u li spiss kienet taqbdu dagħdigħa ta’ rabja.
Minbarra li qatel lil dawk in-nies kollha, Omar Mateen darab 53 oħra, f’dak li hu meqjus l-agħar qtil tat-tip tiegħu fl-istorja riċenti tal-Istati Uniti.
Membri mill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku qalu li huma responsabbli mill-avvenimenti li ġraw fis-sigħat bikrija tal-bieraħ, iżda dan mhux ikkonfermat.
Kelliema għal kumpanija tas-sigurtà li Omar Mateen kien jaħdem magħha qalu li sarulu eżamiijiet mediċi fl-2007 u fl-2013, iżda ma żvelaw xejn inkwetanti, tant li kien iġorr pistola bħala parti minn xogħolu.
L-eks mara, Sitora Yusufik, għexet ma’ Mateen għal erba’ snin fl-2009. F’intervista mal-BBC, qalet li familtha kellha ssalvaha mir-relazzjoni meta ndunaw li kien qed jabbużaha fiżikament. Qalet li kien isawwatha regolarment minħabba affarijiet bħall-ħasil tal-ħwejjeġ. Kien jirrabja spiss u jesprimi rabja kbira lejn kollox.
Mateen, ċittadin Amerikan ta’ dixxendenzi Afgana, twieled New York u kien jgħix Florida. Ma kien fuq ebda lista ta’ suspettati fejn jidħol terroriżmu.
Missieru qal li fl-aħħar jiem esrima rabja kbira meta ra żewġt’irġiel jitbewsu pubblikament. Sostna madanakollu li dak li għamel ibnu m’għandux x’jaqsam ma’ reliġjon.
Iżda l-FBI interrogawh darbtejn bejn l-2013 u l-2014 minħabba l-mod li bih kellem kollega. Dawn l-interrogazzjonijiet ma wasslu għal imkien, tant li ntemmew. Fl-aħħar jiem Mateen xtara bosta pistoli b’mod legali.
![Kevlar helmet worn by law enforcer](http://ichef.bbci.co.uk/news/624/cpsprodpb/16E27/production/_89953739_a00f5d8b-fe4b-44a9-8c95-28eecb20b7d3.jpg)
![Pulse DJ Ray Rivera is consoled by a friend - 12 June](http://ichef.bbci.co.uk/news/624/cpsprodpb/1B21/production/_89954960_033430054-1.jpg)
![SWAT team member arrives at scene of shooting - 12 June](http://ichef-1.bbci.co.uk/news/624/cpsprodpb/F8F7/production/_89953736_033426709-1.jpg)
![Picture released by Orlando Police of scene outside Pulse nightclub](http://ichef-1.bbci.co.uk/news/624/cpsprodpb/AD89/production/_89952444_89951977.jpg)
Ritratti: Orlando Police & AP