Dsatax-il persuna nqatlu fil-Ġappun wara attakk b’sikkina li seħħ f’ċentru tal-kura għall-persuni b’diżabilitajiet mentali. L-inċident seħħ f’Sagamihara, fil-Punent ta’ Tokyo u qed ikun meqjus bħala l-agħar attakk fil-pajjiż f’numru twil ta’ snin.
Il-Pulizija arrestat b’rabta ma dan l-attakk lil Satoshi Uematsu ta’ 26 sena, li huwa eks-impjegat tal-faċilita wara li kien hu stess li ta ruħu b’idejgħ.
Is-suspettat idaħħal f’sptar għall-kura mentali iktar kmieni din is-sena wara li prova jagħti ittra lill-ispeaker tal-Parlament Ġappuniż li fiha kiteb ix-xewqa tiegħu li joqtol persuni b’diżabilita għall-Gvern.
Aktar kmieni: Dsatax maqtula fil-Ġappun