Il-qalba diġitali qed twassal għall-iżjed effiċjenza u aċċessibiltà fil-Qrati Maltin.
Dan intqal mill-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis waqt indirizz li għamel f’forum organizzat mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-qalba diġitali fis-settur tal-ġustizzja.
Il-Ministru Zammit Lewis semma kif kwart tal-Pjan ta’ Rkupru ta’ Malta minn fondi Ewropej huwa ffukat biex issir it-tranżizzjoni diġitali.
Hawnhekk semma kif se jsir investiment ta’ €10 miljun sabiex tkompli ssir il-qalba diġitali fil-Qrati ta’ pajjiżna.
“Conversion with regards to digital transformation and more cooperation which will bring advantages and a citizens-self centered digital transformation.”
Waqt dan il-forum tkellem ukoll il-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Didier Reynders li fisser il-qalba diġitali bħala waħda importanti għaliex issaħħaħ il-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea.
Qal li dan qed iseħħ fid-diċenju li l-Unjoni Ewropea qed tiddedika għall-qalba diġitali.
“Also but making sure that all justice systems are modern, efficient, and keep up with the times. It would be quite impossible to guarantee the rule of law result, first guaranteeing that the institutions are functioning well.”