Il-Qaħba milli jkollha, ma tridx li jkollok int.
Tafu min hu Didier Reynders? Il-Kummissarju tal-Unjoni Ewropea għall-ġustizzja u laħaq flimkien ma’ Helen Dalli.
Tafu minn fejn hu? Mill-Belġju.
Tafu x’kien fil-politika tal-Belġju? Okkupa diversi nkarigi bħala Ministru, anke tal-Affarijiet Barranin, u l-aktar li tolqotni llum huwa li kien Ministru tal-Finanzi. Kien ilu Ministru tal-Finanzi mill-1999 sal-2011.
Għaliex smajna bih dan l-aħħar? Għax ġurnali Maltin li jilgħaqu l-warrani tal-barrani, minn dejjem u mhux illum biss, li jistħu jistaqsi bl-ilsien Malti fuq ħwejjeġ Maltin, ġabu li dan il-Kummissarju qal li Malta, Ċipru, u l-Bulgarija għandhom iħassru l-liġi u s-sistema tal-passaport li jingħataw għall-investiment fil-pajjiż. Robert Abela wieġbu li se jirranġa s-sistema imma mhux se jneħħiha.
Kiltu lsieni ngħid li l-Ewropej jippruvaw jgħallmuna nbennu. Kulħadd jiġi u jgħid li “suppost tagħmlu hekk!” “Intom mhux qegħin mar-regoli.” U l-qawl Malti jgħidlek li l-qaħba milli jkollha tagħtik! Jiġifieri d-dnubiet tagħha twaddabhom fuqek.
Imma issa nivvintaw qawl ieħor. Dak li hu tajjeb għand il-qaħba, ma tridx li jkun għandek!
Mela dan l-eks Ministru tal-Finanzi tal-Belġju mill-1999 sal-2011 f’pajjiżu hemm sistema tixbaħ ħafna lil tal-passaporti Maltin lill-barranin.
Min imur u jinvesti sa (€500,000) fil-Belġu tul ħames snin, u mhux fi proprjetà bħaċ-ċwieċ tal-Portugal li għollew il-prezzijiet tal-bini, dak jingħata residenza permanenti fil-Belġu tiswa għal ħames snin. Din tkun qisha l-identity card tagħna u tingħata suppost għal min għandu rabtiet mal-pajjiż tal-Ewropa. Il-Belġju malajr dawwarha favur tiegħu.
Ir-residenza permanenti ma tfissirx li dak li jeħodha għandu obbligu li joqgħod il-Belġju ! Xejn. Bħalu jkollhom dritt il-familja kollha tiegħu. U biha jistgħu jmorru fil-pajjiżi kollha ta’ Schengen! L-istess bħalma l-Maltin isiefru lejn l-Italja bil-karta tal-Identita`.
Wara 5 snin, min ikollu dik il-Kard jista’ jieħu wkoll iċ-ċittadinanza !!!
Ara veru li l-qaħba għajjura u milli jkollha, ma tridx li jkollok int .