Wara li bejn il-lejl tal-Erbgħa u lbieraħ saret qabda tal-ikbar ammont ta’ droga f’pajjiżna mill-Port Ħieles, dik ta’ 300kg, One News tkellem mad-Direttur tal-Infurzar fid-Dipartiment tad-Dwana, George Scerri.
Waqt l-intervista qasira, ħarġu aktar dettalji dwar din l-aħbar bħal x’tinvolvi investigazzjoni bħal din, dwar x’prassi jieħu d-Dwana meta jkun hemm każijiet bħal dawn u iktar informazzjoni dwar l-użu tat-tagħmir il-ġdid li kiseb id-Dipartiment tad-Dwana.