Il-Ġimgħa l-Kbira f’Malta hi fost l-aktar jiem importanti fil-kalendarju reliġjuż Malti, li jilħaq il-kulminu tiegħu bil-purċissjoni tradizzjonali f’diversi lokalitajiet madwar il-pajjiż.
B’dawn il-purċissjonijiet annwali, li jirrappreżentaw il-misteri tas-Salib u l-passjoni ta’ Ġesù Kristu, il-kuntest reliġjuż u kulturali ilu jgħaddi minn ġenerazzjoni għall-oħra fostna għal madwar 400 sena.
Dan minħabba li l-ewwel purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira f’Malta bdew jiġu organizzati sa mis-Seklu 17 fl-Imdina, il-Belt Valletta, il-Mosta u Ħaż-Żebbuġ, fost oħrajn.
L-ewwel purċissjoni tal-Ġimgħa Kbira fl-Imdina ġiet organizzata fl-1645 mill-Franġiskani Minuri tar-Rabat. Hawn il-ġenituri u l-irġiel tal-Imdina kienu membri ewlenin tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp, li kienu pijunieri fl-organizzazzjoni ta’ dawn il-purċissjonijiet, li maż-żmien tferrxu kważi fil-gżejjer Maltin kollha.
Din il-prattika reliġjuża bdiet tintuża ftit wara minn diversi lokalitajiet oħrajn, inkluż fl-Isla, Ħaż-Żebbuġ u Bormla. Il-purċissjonijiet minn dejjem kienu magħrufin għall-kwalità artistika tagħhom, partikolarment fil-vari u l-kostumi, li wkoll komplew jiżviluppaw sena wara oħra.
Il-qofol tal-purċissjoni kienet li żgħażagħ kienu jżommu l-bandalori bi kliem tal-aħħar seba’ kelmiet tal-Mulej fuq is-Salib. Fl-aħħar, il-purċissjoni kienet tagħlaq bl-istatwi ta’ Kristu mejjet u ta’ Marija Addolorata. Dan kien il-format tal-purċissjonijiet kollha tal-Ġimgħa l-Kbira sat-Tieni Gwerra Dinija.
Sa mill-bidu tagħhom tali purċissjonijiet kienu akkumpanjati minn banda jew tnejn, li żiedu fl-atmosfera ta’ devozzjoni u riflessjoni.
Dawn saru wkoll xhieda tal-ħila u d-dedikazzjoni kbira ta’ artisti, bħal Pawlu Azzopardi u Karlu Darmanin, daqskemm ta’ dawk l-eluf ta’ voluntieri li baqgħu jieħdu sehem b’mod attiv kull sena.
Maż-żmien diversi lokalitajiet saru rinomati għal din il-purċissjoni storika, saħansitra fir-raħal kwiet tan-Nadur, li l-ewwel darba li ġiet organizzata kien fl-1913. Hawn jirriżulta li, fil-bidu, il-vari kienu jinġarru minn xi karozzin.
Għalkemm ivarjaw xi ftit fl-arranġamenti, it-taħlita tal-kuluri u l-istil tal-arti, il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira f’pajjiżna jibqgħu attrazzjoni ewlenija f’dan iż-żmien tas-sena anke fost it-turisti.
Dan mhux l-inqas fl-aħħar snin fejn in-niċċa reliġjuża ngħatat l-akbar imbottatura, inkluż bi promozzjonijiet internazzjonali, li qabel qajla kienu jsiru, biex jippromwovu l-kreattività u l-identità tal-poplu tagħna.