Il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Belt Valletta lbieraħ saret b’rispett u dinjità kbira. Hekk iddikjaraw il-Patrijiet Franġiskani tal-Knisja ta’ Ġieżu permezz ta’ stqarrija fuq il-midja soċjali, fejn fost l-oħrajn irringrazzjaw lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex setgħu jiżguraw li dak li ppreparaw u ħadmu għalih jasal għand il-poplu kif jixraq.
Dan anke b’referenza għall-fat li tul it-toroq prinċipali ma kien hemm l-ebda imwejjed jew siġġijiet minn ristoranti jostakolaw il-purċissjoni tradizzjonali, anke kif seħħ fid-Duluri.
Il-Gwardjan Patri Ramon Farrugia nnota kif din il-purċissjoni antika u serja li tirrikjedi ħafna u ħafna ħsieb u xogħol, fejn għaliha anke kien hemm attendenza sabiħa ħafna ta’ Maltin u barranin. Tenna li dak li rajna lbieraħ juri kemm kellhom raġun jinsistu li dan il-Patrimonju Reliġjuż u Nazzjonali jibqà mħares, kif ġie mħares is-sena l-oħra u kif ġie mħares din-is-sena.