Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa saħaq li l-purċissjonijiet tal-Bambin ta’ lejlet il-Milied skont protokolli tal-Awtoritajiet tas-Saħħa jistgħu jsiru.
Il-purċissjonijiet jistgħu jsiru mingħajr barriers iżda hemm kriterji oħra li jridu jiġu rispettati.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Intant dan l-iżvilupp ġab reazzjoni ta’ bosta fosthom tal-Arċipriet tal-Bażilika tal-Isla Fr Robin Camilleri.
Huwa esprima s-sodisfazzjon għal dan u qal li fl-Isla l-purċissjoni bil-Bambin se ssir.
Il-purċissjoni bil-Bambin kien bdieha San Ġorġ Preca mitt sena ilu.