Pajjiżi tal-Punent; il-Ġermanja, l-Italja, Franza, l-Istati Uniti, ir-Renju Unit, il-Kanada u l-Kummissjoni Ewropea qablu fuq it-tielet pakkett ta’ sanzjonijiet fil-konfront tar-Russja wara li din kompliet tattakka lill-Ukrajna.
Is-sanzjonijiet meqjusa iebsin ħafna jinkludu li r-Russja tinqata’ mis-sistema ta’ pagamenti bankarji msejħa SWIFT.
Il-pajjiżi tal-Punent qalu li kemm il-darba r-Russja tibqa’ tattakka lill-Ukrajna, jiġu mposti aktar sanzjonijiet ħorox.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen ddikjarat li l-Unjoni Ewropea għandha tħarrax l-azzjonijiet fil-konfront tar-Russja.