L-għaqda studenteska Pulse ħabbret it-tmien kandidati li se jkunu qegħdin joħorġu f’isimha fl-elezzjoni tal-Kunsill Studenti Junior College.
Il-kandidati tħabbru waqt attività li ttellgħet l-Erbgħa waranofsinhar fl-Imsida, bit-tema ‘Together Ahead’ liema tema se tkun qed tieħu lill-għaqda għall-elezzjoni li mistennija titella’ f’Novembru.
It-tim tal-kandidati se jkun immexxi minn Aidan Falzon li huwa l-kandidat tal-Pulse għall-kariga ta’ President.
Miegħu se jingħaqdu Luca Cassar, Dale Vella, Mariah Galea, Marcella Scicluna, Matthew Camilleri, Jaiden Deflavia u Ileana Cutajar.
