L-għaqda studenteska Pulse laqgħet bi ħġarha t-twaqqif tal-Youth Advisory Forum li tħabbar it-Tnejn mill-Prim Ministru Robert Abela.
Dan il-Forum kien approvat waqt laqgħa tal-Kabinett li saret fi ħdan il-Kulleġġ Malti għax-Xjenza, l-Arti u t-Teknoloġija fil-campus ta’ Raħal Ġdid.
Il-Pulse esprimiet sentiment pożittiv permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali.
Huma stqarrew l-apprezzament tagħhom filwaqt li faħħru l-inizjattiva li se tgħaqqad żagħżagħ minn partijiet differenti tas-soċjetà.